Dwarna  

 

 

 

arma

 

Storja tal-Grupp

Grupp Prezenti

L-istorja tal-Grupp

Fil-festa ta’ 1997 nibtet ix-xewqa li tittieħed azzjoni biex l-armar tal-festa jingħata dehra ġdida, wara snin ta’ telqa.  F’dik is-sena partikulari, l-armar tal-pjazza ma kienx intrama kollu minħabba nuqqas ta’ dedikazzjoni.  Dan wassal biex grupp ta’ nies ingħaqdu flimkien bl-għan li jirrestawraw l-armar tal-pjazza kif ukoll jieħdu ħsieb jarmawh u jżarmawh b’aktar kura u organizzazzjoni.

Fi ftit ġimgħat il-grupp ġdid tal-armar kien jgħodd 12-il membru u ġie mwaqqaf uffiċjalment nhar l-10 ta’ Settembru 1997 waqt laqgħa li saret flimkien mal-arċipriet. Il-grupp ingħata l-isem ta’ Grupp tal-Armar 6 ta’ Diċembru biex jibqa’ mfakkar il-jum liturġiku tal-patrun tagħna San Nikola.

Il-bidu fuq ir-restawr tal-armar kien iebes ħafna għall-Grupp minħabba l-istat ħażin li kien jinsab fih.  Madankollu l-Grupp malajr xammar il-kmiem u beda jirrestawra u jżid armar ġdid għall-pjazza u t-toroq tal-madwar.

 

 

Matul dawn l-aħħar 12-il sena li ilu mwaqqaf, il-Grupp tal-Armar wettaq diversi xogħolijiet aktar milli wieħed qatt kien jistenna.  Għal dan wieħed tajjeb li jirringrazzja lill-poplu tas-Siġġiewi li sa mit-twaqqif tal-grupp dejjem appoġja l-ħidma tiegħu, kemm finanzjarjament kif ukoll fuq livell morali.  Dan l-appoġġ tas--Siġġiwin jissarraf f’aktar armar sabiħ minn sena għall-oħra.  Dan qed isir u ser ikompli jsir mill-membri ħabbrieka tal-Grupp, għall-għan wieħed – dak li nkomplu nkabbru l-festa tant għażiża għalina, f’ġieh il-patrun tagħna San Nikola. 

is-Siggiewi
il-Knisja
il-Festa
 
 

Talking Minds

© 2009 Talking Minds - All Rights Reserved
E-mail: info@talkingminds.com.mt