Dwarna      

Storja tal-Grupp

Grupp Prezenti

Is-Siġġiewi

Is-Siġġiewi jinsab f'Lbiċ ta' Malta madwar ħames mili 'l bogħod mill-Belt Valletta. Dan ir-raħal huwa wieħed mill-eqdem irħula li għandna f'Malta u fih iħaddan ħafna kampanja u bini antik.

Fit-30 ta' Dicembru tal-1797, il-Gran Mastru Ferdinand de Hompesch eleva lis-Siġġiewi ghat-titlu ta' belt u sar magħruf bħala Citta' Ferdinand.

 

 
Arma Siggiewi

 

Fl-imgħoddi

Fl-imgħoddi dan ir-raħal kien maqsum f'erba' rħula żgħar imxerrdin fil-kampanja ta' madwaru: Ħal Xluq, Ħal Kbir, Ħal Niklusi u Ħal Kdieri, illi ntemmu ħabba l-attakki kontinwi mill-furbani u għalhekk in-nies bdew jitilqu minn dawn l-inħawi u nġabbru fejn illum insibu s-Siġġiewi.

 

   
Siggiewi

 

Illum

Illum is-Siġġiewi kiber u żviluppa għall-popolazzjoni ta' madwar 8,000 ruħ imma madankollu xorta għadu jħaddan it-tradizzjonijiet u l-kultura Maltija qalb il-kwiet u t-trankwilita' tal-kampanja.

 

   
is-Siggiewi
il-Knisja
il-Festa
 
 

Talking Minds

© 2009 Talking Minds - All Rights Reserved
E-mail: info@talkingminds.com.mt