Dwarna      

Storja tal-Grupp

Grupp Prezenti

Il-knisja arċipretali tas-Siġġiewi

Il-knisja arċipretali tas-Siġġiewi, ddedikata lil San Nikola ta’ Bari, bdiet tinbena fuq pjanta ta’ Lorenzo Gafa’ fid-19 ta’ April 1676 u tlestiet għal kollox 17-il sena wara. Il-faċċata u l-portiku ġew mibnija fuq il-kontribuzzjoni tal-Profs. Nikola Zammit, iben is-Siġġiewi. Fis-snin għoxrin, il-koppla wkoll għaddiet minn tibdiliet minn dik oriġinali, għaliex inbniet koppla oħra ikbar u iktar għolja.

Is-saqaf tal-kor u l-koppla bit-tmien beatitudnijiet tpittru mill-pittur Lazzaro Pisani minn Haż-Zebbuġ.

 


  knisja siggiewi

 

Vari u statwi

Il-vara proċessjonali l-antika ta’ San Nikola għandha parti importanti fl-istorja tal-vari tradizzjonali Maltin għaliex hi l-aktar vara antika li għadha teżisti li tiġi mlibbsa lbies ekkleżjastiku ta’ veru. Illum din il-vara tinsab fis-sagristija tal-parroċċa.

L-istatwa tal-ġebel ta’ San Nikola li hemm fil-pjazza arjuża tas-Siġġiewi, nħadmet mill-iskultur Pietro Felici minn Hal Qormi u twaqqfet f’postha fl-1732. Is-Siġġiwin tant għoġbithom li reġgħu talbu lill-istess Felici jaħdmilhom vara processjonali tixbaħha ħafna ghall-knisja. Din il-vara l-ġdida tal-injam, tlestiet fl-1736 u hi waħda mill-ewwel statwi titulari li nħadmu f’Malta.

 


   

 

Pitturi u l-kwadru titulari

Il-kwadru titulari li hu xogħol l-idejn ta’ Mattia Preti, juri x-xena ta’ meta t-tfajjel Bazilju ġie maħtuf mingħand il-ġenituri tiegħu mis-Sultan Tork, fejn jidher qed jippranza fil-parti t’isfel tal-kwadru. Wara t-talb tal-ġenituri tiegħu, San Nikola interċeda u salvah minn idejn it-Torok u ħadu lura għand il-familja tiegħu.

Il-kwadri ta’ fuq l-artali huma dawn:
- l-Immakulata Kunċizzjoni
- id-Duluri bl-iskultura ta’ Kurċifiss tal-injam
- il-Madonna tal-Karmnu
- Sant’ Andrija
- Santa Marija
- Sant’ Antnin ta’ Padova
- il-Madonna tar-Rużarju
- San Gużepp

 


  titular siggiewi

 

Il-knisja l-qadima

Il-knisja l-qadima tas-Siġġiewi, kienet opra il-ġmiel tagħha u llum kull ma fadal minnha huma l-fdalijiet tagħha. Din ġiet abbandunata meta nbniet il-parroċċa il-ġdida minħabba ħsarat kbar fis-soqfa tagħha u minħabba li kienet ċkienet wisq għall-popolazzjoni li bdiet tikber fis-Siġġiewi.

 


   

 

Kappelli

Fis-Siġġiewi jinsabu mhux inqas minn tlettax-il kappella. Fil-qalba tar-raħal jinsabu erbgħa li huma dawk ta’ Santa Marija magħrufa bħala ta’ Cwerra, il-Qtugħ ir-Ras ta' San Gwann il-Battista, Santa Margerita u San Mark. Id-disgħa l-oħra jinsabu mxerrdin fil-konfini tar-raħal.

 

  Santa Marija ta' Cwerra
is-Siggiewi
il-Knisja
il-Festa
 
 

Talking Minds

© 2009 Talking Minds - All Rights Reserved
E-mail: info@talkingminds.com.mt