Dwarna      

Storja tal-Grupp

Grupp Prezenti

Il-festa fl-imgħoddi

Fl-imgħoddi l-festa tas-Siġġiewi kienet issir fis-6 ta’ Diċembru fil-jum liturġiku ddedikat lil San Nikola.  Din il-ġurnata kienet tkun l-unika attivita’ mistennija mis-Siġġiwin, li kienet tikkonsisti mit-tliet ġranet tat-tridu, lejlet u jum il-festa. Peress li dak iż-żmien l-elettriku f'dan ir-rahal kien għadu ma jeżistix, il-faċċata tal-knisja kienet tinxtegħel kollha bil-lampi taż-żejt.

Minħabba t-temp f'Diċembru, li bosta drabi ma kienx jippermetti, fis-snin il-ħamsinijiet intlaħaq il-ftehim li l-ġurnata tal-festa tiġi trasferita għall-aħħar Hadd tax-xahar ta' Gunju kif għadha ssir sal-ġurnata tal-lum.

 

Il-festa llum

Il-festa fir-raħal tas-Siġġiewi llum ħadet żvolta differenti.  Il-Grupp tal-Armar 6 ta’ Diċembru jagħti sehmu bis-sħiħ fejn jidħol restawr t’armar antik u xogħol fuq armar ġdid li dan kollu li jitgawda fl-ikbar attivita' tar-raħal.  Illum il-festa kibret u l-attivitajiet jibdew mal-ħruġ tal-vara ta’ San Nikola minn niċċa ġimgħa qabel il-festa.  Fil-ġimgħa tal-festa jkun hemm diversi attivitajiet organizzati mill-għaqdiet li jaħdmu għall-festa.  Il-Knisja tieħu ħsieb li tagħmel il-programm tal-festi interni wkoll.  Il-festa tintemm bid-dħul tal-vara, id-daqq tal-antifona u l-barka sagramentali fil-knisja. 

 

Festa llum

  Festa fl-imghoddi
is-Siggiewi
il-Knisja
il-Festa
 
 

Talking Minds

© 2009 Talking Minds - All Rights Reserved
E-mail: info@talkingminds.com.mt