|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||
![]() |
|
![]() |
![]() |
![]() |
|
![]() |
|||||||||||||
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
|||||||||||||||
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
|||||||||||||||
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
![]() |
|||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||
|
|
|
|
|||||||||||||||||
![]() |
|
|
![]() |
||||||||||||||||
|
|||||||||||||||||||
L-istorja tal-Grupp Fil-festa ta’ 1997 nibtet ix-xewqa li tittieħed azzjoni biex l-armar tal-festa jingħata dehra ġdida, wara snin ta’ telqa. F’dik is-sena partikulari, l-armar tal-pjazza ma kienx intrama kollu minħabba nuqqas ta’ dedikazzjoni. Dan wassal biex grupp ta’ nies ingħaqdu flimkien bl-għan li jirrestawraw l-armar tal-pjazza kif ukoll jieħdu ħsieb jarmawh u jżarmawh b’aktar kura u organizzazzjoni. Fi ftit ġimgħat il-grupp ġdid tal-armar kien jgħodd 12-il membru u ġie mwaqqaf uffiċjalment nhar l-10 ta’ Settembru 1997 waqt laqgħa li saret flimkien mal-arċipriet. Il-grupp ingħata l-isem ta’ Grupp tal-Armar 6 ta’ Diċembru biex jibqa’ mfakkar il-jum liturġiku tal-patrun tagħna San Nikola. Il-bidu fuq ir-restawr tal-armar kien iebes ħafna għall-Grupp minħabba l-istat ħażin li kien jinsab fih. Madankollu l-Grupp malajr xammar il-kmiem u beda jirrestawra u jżid armar ġdid għall-pjazza u t-toroq tal-madwar.
Matul dawn l-aħħar 12-il sena li ilu mwaqqaf, il-Grupp tal-Armar wettaq diversi xogħolijiet aktar milli wieħed qatt kien jistenna. Għal dan wieħed tajjeb li jirringrazzja lill-poplu tas-Siġġiewi li sa mit-twaqqif tal-grupp dejjem appoġja l-ħidma tiegħu, kemm finanzjarjament kif ukoll fuq livell morali. Dan l-appoġġ tas--Siġġiwin jissarraf f’aktar armar sabiħ minn sena għall-oħra. Dan qed isir u ser ikompli jsir mill-membri ħabbrieka tal-Grupp, għall-għan wieħed – dak li nkomplu nkabbru l-festa tant għażiża għalina, f’ġieh il-patrun tagħna San Nikola. |
|||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||
© 2009 Talking Minds - All Rights Reserved |
|||||||||||||||||||